Sunday, November 24, 2024

Mario Grech b’rebħa oħra fit-tieni tiġrija tal-BSJ 5k Road Running Series

Aqra wkoll

It-tieni tiġrija tal-BSJ 5k Road Running Series, imtella’ flimkien minn Corsa, kienet eżempju ta’ konsistenza meta Mario Grech u Andrew Grech ġrew spalla ma’ spalla għal ħafna mill-korsa ta’ 5 kilometri fl-Imtarfa aktar kmieni dan ix-xahar.

Kienu l-aħħar għaxar sekondi li sseparaw lir-rebbieħ tat-tellieqa Mario Grech mill-eqreb avversarju tiegħu Andrew Grech f’dik li kienet ripetizzjoni tal-ewwel tiġrija li saret f’Ġunju. L-aħħar spinta ta’ Mario Grech rah jieħu t-tieni rebħa quddiem Andrew Grech. Julian Sammut kien viċin tagħhom kiseb it-tielet post fuq il-podju.

Fil-kategorija tan-nisa, Carmen Hili, rebbieħa tal-ewwel tiġrija, kellha tiffaċċja kompetizzjoni b’saħħita minn Rachel Borg u Francesca Arrigo. Borg ħadet l-vantaġġ mill-bidu nett. Hi kienet segwita minn Arrigo u Hili. It-tlieta żammew dawn il-pjazzamenti sal-aħħar nett tat-tellieqa biex ikkompletaw il-podju.

Wara l-preżentazzjoni tal-midalja, ingħata arloġġ Coros Malta Pace 2 Premium GPS lil Oliver Cini, li ntgħażel minn fost l-atleti kollha li ħadu sehem fit-tellieqa, minn Daniel Agius, li jirrappreżenta lil Agius Watches.

It-tellieqa finali tal-BSJ 5k Road Running Series se ssir nhar it-Tlieta 8 ta’ Awwissu fis-1930hrs. It-trofej lir-rebbieħa ġenerali se jiġu ppreżentati fi tmiem it-tellieqa, filwaqt li arloġġ ieħor Coros Malta Pace 2 Premium GPS se jittella’ fost dawk l-atleti preżenti.

Ir-reġistrazzjoni tista ssir onlajn permezz ta’ din il-link – https://bsj.mt/event/2023-bsj-running-series-race-3/

Midalji għat-tliet tiġrijiet se jitqassmu lil atleti kollha fi tmiem it-tellieqa. Dawk l-atleti li ma jistgħux jiġbru l-midalja tagħhom dakinhar jistgħu jinġabru mill-Eurosport, Triq Psaila Birkirkara mill-10 ta’ Awwissu l-quddiem.

Sport