L-eks Isqof ta’ Għawdex Mario Grech illum se jkun qed jinħatar kardinal f’ċerimonja li se tkun qed tiżvolġi fil-Vatikan. Iċ-ċerimonja se tkun preseduta mill-Papa Franġisku u se tkun qed tixxandar b’mod dirett fuq TVM 2 fl-4.00 p.m.
Grech huwa wieħed minn 13-il kardinal ġdid li se jkunu qed jinħatru fiċ-ċerimonja. In-nominazzjoni ta’ Grech għal kardinal kienet waslet wara l-ħatra tiegħu bħala s-segretarju ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet.
Grech waqaf iservi bħala Isqof t’Għawdex f’Settembru li għadda..
Huwa se jkun l-ewwel Għawdxi li jsir kardinal. Grech, li għandu 62 sena, inħatar isqof għad-djoċesi ta’ Għawdex fl-2005, fejn kien ħa post l-Isqof Nikol Cauchi.
Bħala Kardinal huwa se jkun eliġibbli biex jivvota fil-konklavi biex jiġi elett il-papa li jmiss.