Il-Ministeru għad-difiża fir-Renju Unit jgħid li l-belt Ukrena ta’ Mariupol tinsab f’riskju ta’ tifqigħa kbira tal-kolera.
Skont in-Nazzjonijiet Uniti, ħafna mill-infrastruttura tal-belt hija mġarrfa jew meqruda u l-ilma tħallat mad-drenaġġ.
Fil-passat kien hemm każi tal-marda f’Mariupol u saħansitra fl-aħħar ġimgħat ġew irrapurtati każi iżolati tal-marda.
Is-Sindku Ukren tal-belt, Vadym Boychenko qal lill-midja barranija li “il-kolera u mard infettiv ieħor diġà jinsabu fil-belt”, u li l-belt ingħalqet biex tiġi evitata tifqigħa akbar.
Dawn l-allegazzjonijiet għadhom ma ġewx verifikati, u s-sindku maħtur mir-Russi qal li jsiru testijiet regolari u li s’issa ma ġew irreġistrati l-ebda każi ta’ kolera.