L-eks Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri naqas milli jidher f’seduta minkejja li kien imħarrek biex jagħmel dan.
Camilleri qiegħed jaffaċċja akkużi relatati ma’ kummenti fil-konfront tad-Deputata Laburista Rosianne Cutajar li saħansitra fetħet proċeduri ta’ libell kontrih.
Fil-Qorti nstema’ kif minkejja li Cutajar qiegħed jgħix barra, il-Pulizija wasslu t-taħrika fl-indirizz tad-dar ta’ missier l-akkużat.
Minkejja li d-difiża lmentat li t-taħrika ma kinitx valida, il-Maġistrat Simone Grech qieset it-taħrika bħala waħda valida, anke wara li kienet ippreżentata b’emails li ntbagħtu bejn il-Pulizija u Camilleri fl-aħħar xhur.
Kien għalhekk li l-Qorti ordnat li Camilleri jitressaq għas-seduta li jmiss taħt mandat ta’ arrest.