Wednesday, December 25, 2024

Mark Gatt isejjaħ skwadra ta’ 20 player għall-partita kontra d-Danimarka

Aqra wkoll

Il-coach tat-team nazzjonali tan-nisa ta’ Malta Mark Gatt sejjaħ skwadra ta’ 20 player għall-ewwel logħba tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa tal-FIFA 2023 kontra d-Danimarka, li se tintlagħab f’Viborg, nhar il-Ħamis fis-6.00pm.

Għal din il-logħba barra minn xtutna, Gatt introduċa tliet uċuħ ġodda fit-team nazzjonali jiġifieri Maia Debono ta’ Mgarr United, Jessica Dimech ta’ Swieqi United u d-difensur ta’ Mgarr United Alexandra Gatt, li bħalissa tinsab l-Ingilterra biex tkompli l-istudji tagħha.

It-tliet players huma parti mid-dipartiment difensiv u se jingħaqdu ma’ lista ta’ players ta’ esperjenza li sejrin id-Danimarka.

Fil-fatt, Gatt żamm il-fiduċja tiegħu fil-biċċa l-kbira tal-players li kienu parti mill-kampanja preċedenti ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro tan-Nisa 2022 fejn Malta spiċċat ir-raba’ fil-grupp tagħha ta’ sitt timijiet, u kisbet rekord ta’ 10 punti.

Minbarra Gatt, hemm ħames players oħra bbażati f’pajjiż barrani fosthom Maria Farrugia li wkoll tilgħab fl-Ingilterra, ma’ Sunderland Ladies. Il-midfielder ta’ Lazio Rachel Cuschieri u t-trio bbażati fis-Serie B Nicole Sciberras (Tavagnacco), Emma Lipman (Como Women) u Martina Borg (Roma Calcio Femminile) iseejħu wkoll mill-coach Gatt.

Birkirkara, li rrappreżentaw lil Malta fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-UEFA Women’s Champions League, għandhom sitt players imsejħa. Swieqi United huma rappreżentati minn ħames players filwaqt li Mgarr United għandhom tliet players fil-lista.

L-attakkanti Haley Bugeja ta’ Sassuolo u Ylenia Carabott, li l-istaġun li għadda lagħbet fil-Belġju ma’ RCSC Charleroi, bħalissa qed jirkupraw minn injury u għalhekk ma ntgħażlux għal dawn il-logħob.

L-iskwadra msejħa hija:

Goalkeepers: Patricia Ebejer (Mgarr United); Janice Xuereb (Birkirkara).

Difensuri: Alexandra Gatt, Maia Debono (it-tnejn Mġarr United); Jessica Dimech, Jade Flask (it-tnejn Swieqi United); Stephania Farrugia, Gabriella Zahra, Charlene Zammit (Birkirkara, kollha); Nicole Sciberras (Tavagnacco, Italja).

Midfielders: Brenda Borg (MGarr United); Kayleigh Chetcuti, Dorianne Theuma, Shona Zammit (Swieqi United, kollha); Rachel Cuschieri (Lazio, Italja); Emma Lipman (Como Women); Ann-Marie Said, Alishia Sultana (it-tnejn, Birkirkara)

Attakkanti: Martina Borg (Roma Calcio Femminile, Italja), Maria Farrugia (Sunderland Ladies, Ingilterra)

Ekonomija

Sport