Wara li iktar kmieni matul il-ġurnata, Sliema Wanderers Fc ħabbru lil Pablo Doffo bħaal l-kowċ il-ġdid tagħhom, iktar tard huma ħabbru r-ritorn ta’ leġġenda vera ta’ Sliema Wanderers, Mark Scerri, li se jkun qed jieħu r-rwol ċentrali tad-Direttur Tekniku l-ġdid tal-Wanderers.
Fi stqarrija, Sliema qalu li Mark mhuwiex biss prodott tan-nurserytagħhom; huwa xhieda ħajja tal-ispirtu u l-qalb ta’ dan il-klabb, wara li libes il-flokk blu tul il-karriera kollha tiegħu bħala plejer sakemm irtira. Huma komplew li l-lealtà soda tiegħu, il-ħila eċċezzjonali, u l-fehim profond tal-filosofija ta’ Sliema huma bla paragun, u jagħmluh il-figura perfetta biex jiggwida l-futur tekniku tagħhom.
Sliema komplew li dan ir-ritorn huwa mument ta’ ferħ immens għal kulħadd fil-familja tal-Wanderers. Huma qali li l-vjaġġ ta’ Mark minn plejer żagħżugħ promettenti għall-captain ta’ ispirazzjoni tat-tim, u issa għal din il-pożizzjoni kruċjali ta’ tmexxija, jinkorpora dak kollu li huma jaħdmu għalih.
Sliema kkonkludew li ma jistgħux ikunu aktar ferħanin li jilqgħuh lura f’dan il-kapitlu ġdid u eċċitanti. Flimkien ma’ Mark, huma qed iħarsu ’l quddiem biex jilħqu livelli ġodda u jżidu aktar kapitli glorjużi mal-istorja tal-aktar klabb ta’ suċċess ta’ Malta.




