L-eks plejer ta’ AC Milan u Bayern Munich Mark Van Bommel kien involut f’inċident sfortunat hekk kif ġie mhedded minn ħalliel armat f’parkeġġ fil-Belġju.
Il-kowċ ta’ Antwerp kien pront irriversja l-karozza u bil-paniku baqa’ dieħel f’karozza oħra bil-ħalliel li kellu jaħrab minħabba li daqq l-allarm. Immedjatament wara, Van Bommel mar jagħmel rapport l-għassa tal-pulizija, b’dawn tal-aħħar li għaddejjin bl-investigazzjoni tagħhom.