Friday, November 22, 2024

Marks & Spencer mistennija tnaqqas 7,000 post tax-xogħol fit-tliet xhur li ġejjin

Aqra wkoll

Marks & Spencer mistennija tnaqqas 7,000 post tax-xogħol fit-tliet xhur li ġejjin, hekk kif qiegħed jieħu l-passi meħtieġa minħabba l-kriżi tal-Coronavirus. 

Dan il-pass ġie mħabbar wara li l-kumpanija żvelat li kien hemm tnaqqis drastiku fil-bejgħ matul l-aħħar xhur u qalet li qed taġixxi biex tirrifletti dak li ġara minn meta faqqgħet il-pandemija. 

Il-kumpanija qalet li dan it-tnaqqis mistenni jaffettwa l-kwartieri, kif ukoll il-maniġment reġjonali u l-ħwienet tal-Ingilterra. 

Dan it-tnaqqis hu żieda mad-950 l-oħra li ġew imħabbra x-xahar li għadda bħala parti mit-tibdil strutturali tal-maniġment. M&S qalet li l-bejgħ mill-ħwienet kien aktar baxxa mis-sena li għaddiet, iżda l-bejgħ online u t-twassil tal-prodotti d-dar kienu b’saħħithom.

Sport