Marokkin ta’ 53 sena residenti San Pawl il-Baħar jinsab fil-periklu tal-mewt, waqt li kien qiegħed jaħdem f’binja li fiha kien qed isir xogħol ta’ rinovar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:00 p.m., fi Triq San Luqa, Tal-Pietà. Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post taxXogħol għadhom għaddejjin.