Thursday, December 26, 2024

Il-Marokkin Alaa Hrioued jirbaħ il-Maratona ta’ Malta

Aqra wkoll

L-atleta Marokkin, Alaa Hrioued, rebaħ il-Maratona ta’ Malta li saret taħt kundizzjonijiet xejn favorevoli b’xita kontinwa. 

Huwa rreġistra ħin ta’ 2:18.54 hekk kif daħal qabel iż-żewġ atleti Maltin, Andrew Grech u Matthew Xuereb.

Fir-raba’ post daħlet il-Brittanika, Jemima Farley, biex ġiet meqjus bħala r-rebbieħa femminili meta waqqfet l-arloġġ ħin ta’ 2:35:41 biex kisret ir-rekord tagħha stess li kienet kisbet is-sena li għaddiet li kien dak ta’ 2:35:41. 

Aktar minn 3,500 atleta kienu fuq il-linja tat-tluq għad-39 edizzjoni tal-Maratona ta’ Malta li kienet tinkludi wkoll in-nofs maratona, fuq id-distanza ta’ 21 kilometru kif ukoll il-walkatona.

Bla dubju, wieħed irid jammira l-isforzi tal-atleti kollha li ħadu sehem hekkk kif sabu quddiem riħ qawwi u xita kontinwa tul il-korsa kollha. 

Ekonomija

Sport