Il-midfielder difensiv ta’ 28 sena, Marquinhos, se jkun qed iġedded il-kuntratt preżenti li għandu mal-klabb tiegħu Paris St Germain.
Minkejja li ma tantx kien mument tajjeb li jagħmel dan minħabba li l-Pariġini tilfu kontra Monaco fi tmiem din il-ġimgħa, Marquinhos sostna li jinsab għal qalbu fil-belt kapitali Franċiża u mistenni jiffirma sa-sena 2027.
Marquinhos lagħab ukoll ma’ Corinthians u Roma fil-passat.