Friday, September 6, 2024

Marsa FC Blackball Team jirbħu l-Community Christmas Cup

Aqra wkoll

Marsa FC Pool Team rebħu l-Community Christmas Cup meta fil-finali li ntlagħbet fil-Fuego Speakeasy Arena għelbu lil Birkirkara Duke’s 11-5.

Il-Marsin kienu ferm konċentrati tul il-logħba kollha u ftit ħallew spazju lill-avversarji Karkariżi. Huma stabilixxew vantaġġ bikri ta’ 5-1 u minkejja li d-Duke’s naqqsu l-marġni tal-iskor, huma qatt ma setgħu jilħqu lill-avversarji tagħhom.

Fi tmiem il-konfront, l-uffiċjal fi ħdan il-Malta Blackball Federation Christopher Busuttil ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Marsa FC Pool Team Noel Mizzi.

Sadanittant, illum tintlagħab il-finali tar-Regional Christmas Cup bejn Valletta Fossa Boys u Ħamrun 147 C.

Ekonomija

Sport