Wednesday, December 25, 2024

Marsa FC mmultati €650 u mnaqqsa lilhom żewġ punti effettivi

Aqra wkoll

Il-Kumitat ta’ Kontroll, Dixxiplina u Etika tal-MFA, l-Erbgħa, ta d-deċiżjoni tiegħu fir-rigward ta’ aggressjoni rrapurtata fuq uffiċjal tal-logħba li seħħet waqt il-logħba tal-BOV Challenge League Grupp B bejn Marsa FC u Pietà Hotspurs FC li ntlagħbet fis-27 ta’ Frar 2022 fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali.

 Marsa FC instabu ħatja u għalhekk responsabbli għall-aġir vjolenti tal-players tagħhom u ġew immultati €650. Il-Kumitat impona wkoll tnaqqis ta’ żewġ punti effettivi mmedjatament.

 Il-Malta FA qalet li filwaqt li turi solidarjetà mal-uffiċjal tal-partita inkwistjoni, tikkundanna kull forma ta’ mġieba vjolenti u ttenni li l-vjolenza m’għandhiex post fil-football.

 Id-deċiżjoni hija soġġetta għal appell.

Ekonomija

Sport