Monday, October 13, 2025

Marsa St Michael jkomplu l-konsistenza b’rebħa fuq Valletta St Paul’s

Aqra wkoll

Marsa kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 fuq Valletta St Paul’s fl-ewwel impenn tagħhom fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA.

Il-Marsin kienu ġejjin mir-rebħ tal-Joe Compagno Cup u komplew iżommu l-bidu tal-ħolm tagħhom matul dan l-istaġun.

L-uniku gowl tal-partita ġie skorjat minn Kato Yuto fis-17-il minuta.

Referee kien Gordon Barbara.

It-tim promoss ta’ Senglea Gunners għeleb lil San Ġiljan Saints 1-0 grazzi għall-gowl fl-ewwel taqsima ta’ Lamin Jaiteh. Is-Sengleani kellhom iċ-ċans jiskorjaw aktar gowls iżda naqqsu milli jkunu effettivi quddiem il-lasta.

Referee kien Sillah Al Hasana.

Fit-tieni diviżjoni, Attard Edex Kings għelbu lil St Paul’s Bay NMFC 4-2. Felix Silva Roberty kien awtur ta’ tripletta filwaqt li Carvalho de Almeida Lucas żied ieħor għal Attard. Pradip Thapa u Bishal Khawash naqqsu l-marġni tal-iskor għat-tim minn San Pawl il-Baħar.

Referee kien Roderick Micallef.

Swieqi United kisbu rebħa komda ta’ 2-0 kontra Ta’ Ġiorni Wanderers b’Manthrammal Suhail li skorja ż-żewġ gowls għat-tim tiegħu.

Referee kien Jean Pierre Sammut.

Gudja Wanderers kisbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun wara rebħa ta’ 2-1 kontra Naxxar Victorians. Awtogowl ta’ Ahmed Khalid Moha u Joseph Duran sabu x-xibka għall-Gudjani b’Takuma Nagai jiskorja l-uniku gowl għal Naxxar.

Referee kien Paul Apap.

F’logħba li ma pproduċiet l-ebda gowl, Ħamrun Sporting u Birżebbuġa St Peter’s AFC ħadu punt kull wieħed fl-ewwel ħarġa tagħhom.

Referee kien Onur Arslan.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport