Marsaskala Heat kellhom rebħa tajba ta’ 2-1 kontra Floriana Young Stars fil-Hockey 7s. It-tim min-naħa t’isfel ta’ Malta kien diġa’ stabilixxa vantaġġ ta’ żewġ gowls sal-ewwel żewġ quarters sabiex kien lejn l-aħħar li ħallew lill-Greens inaqqsu l-marġni tal-iskor.
Xylon Cassar u Alessandro Piscopo skorjaw għall-Iskalin filwaqt li Faizan Durrani kien l-awtur tal-uniku gowl ta’ Floriana.
Umpires kienu Keith Calleja u Oscar Toledano.
Fil-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, Qormi Daikin għelbu lil Marsaskala Heat 3-2.
Giorgio Muscat skorja doppjetta b’Sam Cassar li żied ieħor għat-tim tiegħu.
Alessandro Piscopo u Kyron Carabott irrispondew għal Marsaskala.
Umpires kienu Keith Calleja u Shane Lovett.
Fil-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena, Floriana A rebħu lil Marsaskala Heat 4-2.
Michele Galea Fava skorja żewġ gowls b’Isaac Cachia u Gabriel Cordina li żiedu aktar gowls għal Floriana.
Marsaskala kellhom lil Hose Licitra u Liam Carabott li skorjaw il-gowls ta’ konsolazzjoni.
Umpires kienu Oscar Toledano u Shane Lovett.
Mill-istess kampjonat, Qormi Daikin għelbu lil Floriana B 6-3.
Zachary Farrugia skorja doppjetta b’Eyan Toledano, Zain Carabott, Sam Cassar u Ben Falzon li komplew mal-gowls tal-Qriema.
Doppjetta ta’ Anson Farrugia u Matthias Xuereb kienet ir-risposta ta’ Floriana.
Umpires kienu Oscar Toledano u Shane Lovett.

