Sunday, November 10, 2024

Waterpolo: Marsaskala jirbħu d-derby kontra Marsaxlokk

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Marsaskala…………..13

Marsaxlokk…………….5

(3-0, 1-1, 4-1, 5-3)

Marsaskala rebħu d-derby tan-nofsinhar ta’ Malta meta għelbu l-isfida ta’ Marsaxlokk bl-iskor ta’ 13-5. Għalihom spikka Jake Ciantar li rreġistra poker personali, waqt li għal Marsaxlokk, l-aqwa skorer kien Ryan Galea bi tliet goals.

L-Iskalin ħarġu ferm aggressivi u fl-ewwel sessjoni skorjaw tliet goals mingħajr risposta, bl-iskorers ikunu Mark Carani minn man-up wara li tkeċċa Luke Saliba, Jake Ciantar ukoll minn sitwazzjoni ta’ player iktar wara li din id-darba tkeċċa Miguel Farrugia, u Kyle Navarro.

Fit-tieni sessjoni, ix-Xlukkajri wettqu reazzjoni tajba u rnexxielhom iżommu lill-Iskalin fi draw ta’ 1-1, bil-goal għal Marsaxlokk jasal minn Ryan Galea, waqt li Gerald Sammut wieġeb għal Marsaskala.

Iżda fit-tielet sessjoni, Marsaskala, irritornaw għar-rebħ fejn għamlu dan bl-iskor ta’ 4-1, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Kyle Navarro minn man-up wara li tkeċċa Dean Bugeja, Jake Ciantar (2) u Gerald Sammut. Ryan Galea minn man-up wara li tkeċċa l-goalkeeper tal-Iskalin, Jurgen Micallef, skorja l-uniku goal għax-Xlukkjari.

It-team immexxi mill-coach, Arpad Babay, rebaħ ukoll ir-raba’ sessjoni

din id-darba bl-iskor ta’ 5-3, bl-awturi tal-goals  ikunu Jake Ciantar, David Pace Lupi minn penalty, Mark Carani, Lucas Falzon minn man-up wara li tkeċċa Dean Bugeja u Gianluca Galea.  Ryan Galea, Max Zammit u Luigi Mallia wieġbu għax-Xlukkajri.

Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Francesco Scardino, 3-Ayrton Camenzuli, 5-Raoul Greco, 6-Gianluca Galea (1), 7-Kyle Navarro (2), 8-Malcolm Manara, 9-David Pace Lupi (1), 10-Gerald Sammut (2), 11-Jake Ciantar (4), 12-Mark Carani (2), 13-Aidan Muscat, 14-Stefano Fava, 15-Lucas Falzon (1) Coach: Arpad Babay

Marsaxlokk: 1-Sam Mifsud, 2-Russell Spiteri, 3-Cain Cutajar, 4-Ben Zammit, 5-Damien Cordina, 6-Dean Bugeja, 7-Max Zammit (1), 8-Luigi Mallia (1), 9-Luke Saliba, 10-Ryan Galea (3), 11-Julian Valletta, 12-Alistair Cook, 13-Miguel Farrugia, 14-Sean Mifsud, 15-Rainer Scerri Coach: Nenad Navarin

Referees: Massimiliano Sponza, Richard Magri

Sport