Marsaxlokk FC ħabbru l-akkwist ta’ Isaac Christie-Davies.
Il-midfielder talentuż jingħaqad max-Xlukkajri u jġib miegħu esperjenza u kwalità fl-iskwadra.
Isaac qabel kien fuq il-kotba ta’ Chelsea u Liverpool, u lagħab ukoll professjonalment ma’ klabbs ta’ ċerta stoffa fosthom Cercle Brugge u Barnsley.
M’hemmx dubju li huwa se jkun qed iżid is-saħħa f’nofs il-grawnd ta’ Marsaxlokk FC.

