Saturday, October 5, 2024

Marsaxlokk fil-finali kontra Birzebbugia għar-rebħ tat-titlu tal-I Diviżjoni

Aqra wkoll

Marsaxlokk……………..13

Exiles…………………….10

(2-3, 4-3, 4-2, 3-2)

Marsaxlokk kisbu l-passaġġ għall-finali tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, fejn se jkunu qed jaffrontaw lill-ġirien Birzebbugia. Dan hekk kif huma għelbu lil Exiles bl-iskor ta’ 13-10.

Kienu Exiles li rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bil-goals għalihom jaslu minn Valentino Gallo minn penalty, Niall Saliba u Matteo Mattellacci minn man-up wara li tkeċċa Sasa Misic. Dan sabiex Ryan Galea u Max Zammit wieġbu għax-Xlukkajri.

Iżda Marsaxlokk wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 4-3 bl-iskorers għalihom ikunu Max Zammit (2) bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Matteo Martellacci, Julian Valletta ukoll minn man-up wara li tkeċċa Guillermo Molina, u Sasa Misic. Dan sabiex l-iskorers għal Exiles kienu Guillermo Molina, Valentino Gallo minn penalty u l-captain, Kurt Griscti.

Marsaxlokk rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 4-2, bl-awturi tal-goals għalihom ikunu Luigi Mallia (2) u Ryan Galea (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Max Aquilina. Dan sabiex Kurt Griscti u Niki Paris sabu x-x-xibka għal Exiles.

Marsaxlokk rebħu wkoll l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers, Max Zammit (2) u Ryan Galea minn man-up wera li tkeċċa Zak Cutajar Licari. Guillermo Molina irreġistra doppjetta personali għal Exiles, bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Julian Valletta. 

Marsaxlokk: 1-Miguel Farrugia, 2-Jamie Borg Tabone, 3-Ben Zammit, 4-Max Farrugia (1), 5-Giancarlo Gatt, 6-Julian Valletta (1), 7-Max Zammit (5), 8-Massimo Aquilina, 9-Ryan Galea (4), 10-Sasa Misic (1), 11-Enrique Bonnici, 12-Luigi Mallia (2), 13-Myron Brimmer, 14-Alistair Cook, 15-Giancarlo Gatt Coach: Aleksandar Ciric

Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Zak Cutajar Licari (2), 3-Zachary Micallef, 4-Valentino Gallo (2), 5-Guillermo Molina (3), 7-Mark Fenech, 8-Kurt Griscti (2), 9-Niki Paris (1), 10-Matteo Martellacci (1), 11-Max Aquilina, 12-Niall Saliba (1), 14-Max Paris Roding, 15-Liam Pursehouse Coach: Simon Vassallo

Referees: Alessio Nikolai, Daniele Bianco

Sport