Melita ………….0
Marsaxlokk ….5
Minn Cristian Muscat
Marsaxlokk xejn ma tħabtu biex għelbu lil Melita bl-iskor kbir ta’ 5-0, biex b’hekk kisbu post mat-Top Six u qed jaqsmu l-ewwel post ma’ Birkirkara, Floriana u Mosta.
Kien biss fis-36 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota b’Marsaxlokk ikunu huma li joħolqu l-periklu meta Leandro Aguirre indirizza cross preċiż fid-direzzjoni tal-Brażiljan, Alex De Aguilar Gomes, li kellu d-daqqa ta’ ras b’lura tiegħu salvata tajjeb minn Mizzi biex evita goal ċert.
Huma komplew jheddu u żewġ minuti biss wara, Yuri De Jesus Messias ittanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza li iżda intemm għoli.
Madankollu, fid-39 minuta, ix-Xlukkajri meritatament fetħu l-iskor meta l-istess YURI DE JESUS MESSIAS venven xutt b’saħħtu fil-baxx minn ġol-kaxxa, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka, fejn Mizzi ma seta’ jilħaq qatt.
Fit-52 minuta, Melita resqu viċin meta Karl Mohnani għadda tajjeb lejn Yepez Morlets li venven xutt b’saħħtu minn pożizzjoni ideali li għadda jħakkek mal-wieqfa.
Iżda ħames minuti wara Marsaxlokk rebħu penalty meta Alan Borg Olivier waqqa’ lil Ryan Scicluna fil-kaxxa. U mill-11-il metru YURI DE JESUS MESSIAS ma żbaljax hekk kif b’xutt fil-baxx tefa’ l-ballun naħa u lil Mizzi n-naħa opposta, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.
Fil-65 minuta, l-istess Yuri de Jesus Messias kien għoddu irreġistra hat-trick personali, iżda kellu x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa salvat bi bravura minn Mizzi.
Fl-74 minuta, Marsaxlokk skorjaw it-tielet goal meta Martin Adamec xeħet cross fil-baxx fid-direzzjoni ta’ ALEX DE AGUILAR GOMES li quddiem il-lasti kompla l-ballun għal ġewwa.
Żewġ minuti wara, Marsaxlokk għamlulhom erbgħa permezz ta’ free-kick mill-isbaħ ta’ NIKOLAI MUSCAT bil-ballun jispiċċa fis-saqaf tax-xibka.
U biex l-affarijiet ikomplu sejrin ħażin għal Melita, minuta biss wara huma spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom il-player Gareth Barone, għal żewġ karti sofor.
Fl-84 minuta, kompliet ix-xalata ta’ goals għax-Xlukkajri minn free-kick ieħor mill-isbaħ, din id-darba minn LEANDRO AGUIRRE, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.
MELITA: 1-Gosef Mizzi, 6-Jean Pierre Attard, 9-Andre Carlos Penha Da Costa, 11-Alan Borg Olivier (21-Nick Cutajar 74), 13-Marc Van De Font Bovenkamp, 14-David Xuereb (7-Karl Mohnani 46), 19-Jesus Andres Yepez Morlets (5-Michael Cachia 74), 25-Gareth Barone, 26-Kurt Bondin (23-Paul Galea Testaferrata 81), 27-Andres Camilo Sanchez Gonzalez, 77-Santiago Martinez Perlaza (8-Antoine Attard 81) – Coach: Clive Mizzi
MARSAXLOKK: 1-Matthew Calleja Cremona, 4-Karl Micallef (8-Jake Ghio 81), 5-Jorge Ailton Soares, 6-Nikolai Muscat, 10-Yuri De Jesus Messias, 14-Juan Carlos Corbalan (20-Martin Adamec 69), 19-Jose Ulises Arias (28-Nikola Raden 81), 22-Lucas Emanuel Lopez, 23-Alex De Aguilar Gomes (11-Duane Bonnici 78), 27-Leandro Aguirre, 30-Ryan Scicluna (24-Enmy Manuel Pena Beltre 69) – Coach: Vincenzo Potenza
REFEREE: Philip Farrugia
ASS. REFEREES: James Muscat, David Castillo
RABA’ UFF: Alex Johnson
SKORERS: Y. De Jesus Messias 39, pen. 58, A. De Aguilar Gomes 73, N. Muscat 76, L. Aguirre 84 (Mx)
AMMONITI: G. Barone (2), M. Van De Font Bovenkamp (Mt), L. E. Lopez, K. Micallef (Mx)
TKEĊĊA: G. Barone 77 (MT)