Balzan ……….……0
Marsaxlokk ………3
Minn Cristian Muscat
Marsaxlokk kisbu t-tielet rebħa konsekutiva meta għelbu lil Balzan bl-iskor konvinċenti ta’ 3-0 biex komplew ikabbru l-problemi għall-Balzanin.
Kienu Balzan li ħolqu l-ewwel periklu fis-seba’ minuta meta Triston Caruana kellu xutt mid-distanza li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper, Matthew Calleja Cremona, li salva tajjeb.
Marsaxlokk wieġbu erba’ minuti wara meta Jose Ulises Arias avvanza fil-kaxxa iżda kellu x-xutt tiegħu jintemm barra. Żewġ minuti biss wara rebħu penalty meta Alex De Aguilar Gomes twaqqa’ fil-kaxxa u mill-11-il metru, YURI DE JESUS MESSIAS li ma żbaljax.
Fis-36 minuta Jose Ulises Arias daħal tajjeb fil-kaxxa, qabeż difenusr ta’ Balzan iżda kellu x-xutt tiegħu jiġi devjat f’corner mill-goalkeeper ta’ Balzan, Danilo Golovic.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Marsaxlokk komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u fis-47 minuta Soares dendel ballun fil-kaxxa iżda pront kien id-difensur ta’ Balzan Kerkez li kklerja kull periklu.
Żewġ minuti biss wara, kien imiss lil Balzan li jirbħu penalty wara azzjoni irregolari ta’ Gomes fil-kaxxa, iżda l-goalkeeper Calleja Cremona salva tajjeb ix-xutt ta’ Alexander Ayo Akpan. Marsaxlokk wieġbu fil-51 minuta meta xutt sabiħ ta’ Soares ġie devjat tajjeb minn Golovic.
Fit-68 minuta Marsaxlokk irduppjaw meta ALEX DA AGUILAR GOMES bir-ras tefa’ ġewwa biex kompla jinkuruna x-xahar ta’ Jannar mill-aqwa għalih personali.
Balzan irrispondew fit-72 minuta meta Jan Busuttil ittanta xortih permezz ta’ xutt mid-distanza iżda sab lil Calleja Cremona attent.
Fl-74 minuta Marsaxlokk issiġillaw ir-rebħa meta YURI DE JESUS MESSIAS temm azzjoni personali u tefa’ fix-xibka, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.
Fit-88 minuta Marsaxlokk naqsu milli jagħmluhom erbgħa mera Kukhianidze tefa’ barra wara li Golovic naqas milli jikkontrolla l-ballun.
BALZAN: 99-Danilo Golovic, 2-Nemanja Kerkez (9-Isaac Westendorf 81), 5-Samir Arab, 7-Triston Caruana, 11-Benjamin Hili, 14-Dimeji Awosanya Olutwatobiloba, 18-Luka Jankovic (8-Nicholas Pulis 81), 21-Luka Lukovic, 23-Victor Blasco Lorenz, 24-Tercious Repo Malepe (22-Jake Grech 81), 27-Alexander Akpan Udoyen Ayo (10-Jan Busuttil 68) – Coach: Darryl Willard
MARSAXLOKK: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Duvan Torres Quinones Diver, 4-Karl Micallef, 5-Jorge Ailton Soares (96-Miguel Zammit Maniscalco 90), 6-Nikolai Muscat, 10-Yuri De Jesus Messias (17-Tyron Cremona 90), 19-Jose Ulises Arias (94-Neil Galea 90), 20-Martin Adamec, 22-Lucas Emanuel Lopez Dessypris (9-Sergio Kukhianidze 79), 23-Alex De Aguiar Gomes (14-Juan Carlos Corbalan 73), 27-Leandro Aguirre – Coach: Vincenzo Potenza
REFEREE: Philip Farrugia
ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Mark Ciantar
RABA’ UFF: Joseph Scerri
SKORERS: Y. De Jesus Messias pen. 14, 74, A. De Aguilar Gomes 69 (M)
AMMONITI: B. Hili, T. Malepe (B), N. Muscat, M. Adamec (M)