Sunday, August 31, 2025

Marsaxlokk jiffirmaw lill-midfielder Albaniż Redon Mihana

Aqra wkoll

Marsaxlokk FC ħabbru l-akkwist tal-midfielder offensiv Albaniż Redon Mihana.

Il-plejer ta’ 26 sena ġie rilaxxat miċ-champions ta’ Malta Hamrun Spartans il-ġimgħa li għaddiet u t-tim min-Nofsinhar ta’ Malta rnexxielu jakkwista s-serviżżi tiegħu għall- għall-istaġun li ġej.

“Ninsabu eċċitati li nikkonfermaw li Redon Mihana ngħaqad uffiċjalment ma’ Marsaxlokk FC”, qal il-klabb fi stqarrija.

“Midfielder talentuż u dinamiku, Redon iġib miegħu kreattività, viżjoni, u xogħol iebes fl-iskwadra tagħna. Iż-żieda tiegħu ssaħħaħ lit-tim tagħna hekk kif inħarsu ’l quddiem lejn staġun ambizzjuż.

“Merħba f’Marsaxlokk, Redon!”

Mihana ġie jilgħab Malta matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar meta ngħaqad ma’ Hamrun Spartans

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport