Sliema Wanderers …..0
Marsaxlokk …………….1
Minn Cristian Muscat
Kien mistenni ħafna minn din il-partita hekk kif kienet meqjusa bħala waħda mill-aqwa partiti ta’ tmiem il-ġimgħa iżda naqset ferm milli tilħaq l-aspettattiva mixtieqa u Marsaxlokk ħallew għall-aħħar biex għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal għalihom jasal tard fil-partita, eżattament fit-83 minuta, minn Alex De Aguilar Gomes.
Ta’ nota huwa l-fatt li din kienet it-tielet telfa għall- Wanderers, biex b’hekk ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jispiċċaw fl-ewwel żewġ postijiet għall-kwalifikazzjoni għas-semi-finali tar-rebħ tat-titlu.
Għal Marsaxlokk iddebutta bejn il-lasti il-goalkeeper veteran Taljan, Federico Marchetti, li fil-passat lagħab ma’ Hamrun Spartans f’pajjiżna, li ddefenda l-lasti fl-aħħar partiti għax-Xlukkajri Matthew Calleja Cremona, ikun fuq il-bank tar-riservi.
Kien biss fis-36 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota fil-partita b’Marsaxlokk ikunu huma li joħolqu l-periklu meta Enmy Manuel Pena Beltre kellu xutt mid-distanza salvat mill-goalkeeper ta’ Sliema, Kelvin Emeka Agu.
Huma komplew fuq l-offensiva u eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima Yuri de Jesus Messias kellu xutt insidjuż minn pożizzjoni ideali devjat f’corner.
Fis-56 minuta free-kick perikoluż ta’ Yuri De Jesus Messias għadda ftit barra.
Huma komplew jippressaw u fid-79 minuta, corner dirett tal-istess De Jesus Messias għadda minn fuq is-saqaf tax-xibka.
Fit-83 minuta, reġa’ kien De Jesus Messias li kellu xutt mill-viċin jintemm ftit għoli.
Dan kien il-preludju għall-goal li tefa’ lil Marsaxlokk fil-vantaġġ fl-84 minuta, liema goal kellu jkun dak tar-rebħa meta ALEX DE AGUILAR GOMES mill-viċin ma ħafirx, biex kompla jinkuruna staġun mill-aqwa għalih personali.
Huma komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.
Sliema W.: 12-Kelvin Emeka Agu, 2-Jean Borg, 5-Neil Frendo, 7-Adam Magri Overend (27-Tedo Kikabidze 89), 9-Vito Plut (21-Kyrian Nwoko 79), Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 20-Wescley (14-Nicholas Strickland 89), 33-Geoffrey Edwin Acheampong, 42-Simon Zibo (10-Maksym Priadun 67), 77-Mohamed Awad (70-Steve Pisani 67) – Coach: Paul Zammit
MARSAXLOKK: 83-Federico Marchetti, 4-Karl Micallef, 5-Jorge Ailton Soares, 10-Yuri De Jesus Messias, 14-Juan Carlos Corbalan, 19-Jose Ulises Arias, 20-Martin Adamec (6-Nikolai Muscat 57), 23-Alex De Aguilar Gomes (9-Sergio Kukhianidze 87), 24-Enmy Manuel Pena Beltre (11-Duane Bonnici 81), 27-Leandro Aguirre, 30-Ryan Scicluna – Coach: Vincenzo Potenza
REFEREE: Trustin Farrugia Cann
ASS. REFEREES: Luke Portelli, Thomas Debono
RABA’ UFF: Glen Tonna
SKORER: A. De Aguilar Gomes 84 (M)
AMMONITI: S. Zibo, A. Magri Overend (SW), J. Ulises Arias, E. M. Pena Beltre (M)