Marsaxlokk…………….1
Birkirkara………………0
Marsaxlokk kisbu rebħa drmmatika ta’ 1-0 kontra Birkirkara, bil-goal tant importanti jasal minn Walter Omar Serrano fil-ħin miżjud.
Kienu Birkirkara li ħarġu fuq l-offensiva wara 12-il minuta meta wara li rċieva, minn azzjoni ta’ corner, il-captain Enrico Pepe mill-viċin kellu x-xutt bid-dawra tiegħu jintemm ftit barra.
Marsaxlokk wieġbu fil-31 minuta meta wara li rċieva minn cross perfett mil-lemin, Kristian Keqi minn pożizzjoni ideali laqat inkredibbilment ħażin, bil-ballun li finalment intemm barra.
Huma komplew fuq l-offensiva u sitt minuti wara Leandro Aguirre għadda tajjeb lejn Kristian Keqi li permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ barra.
Fil-45 minuta eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima Marsxalokk qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom il-player Juan Cruz Aguillar wara li rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta’ tliet minuti.
Il-partita kompliet tirriżulta bħala waħda ferm nervuża u fil-51 minuta kien imiss lil Birkirkara li jispiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom il-player Taljan ta’ statura twila Alessandro Coppola wara foul li wettaq fuq player avversarju.
Marsaxlokk resqu viċin li jiftħu l-iskor fis-66 minuta meta Tiago Adan Fonseca kellu xutt angulat fil-baxx li ntemm ftit barra.
Huma komplew fuq l-offenisva u fid-90 minuta, xutt minn ġol-kaxxa ta’ Kristian Keqi għadda ftit barra.
Iżda l-goal tar-rebħa għalihom kellu jasal żewġ minuti biss wara permezz ta’ xutt mill-viċin ta’ WALTER OMAR SERRANO, li ma ta l-ebda cans lill-goalkeeper tal-Istripes, Giacomo Nava.
Marsaxlokk: 95-Marko Drobnjak, 7-Ayrton Attard (77-Wellington Valentim De Sousa 68), 9-Kristian Keqi, 14-Omar Walter Searrano, 17-Peter Xuereb (5-Christopher Edafe Uzeh 89), 21-Adrian Santiago Ferraris, 24-Juan Cruz Gill, 27-Leandro Aguirre, 88-Dejan Vukovic, 96-Daniel Agius (19-Emerson Vella 46), 99-Tiago Adan Fonseca (11-Alfred Effiong 92) Coach: Pablo Doffo
Birkirkara: 1-Giacomo Nava, 5-Enrico Pepe, 7-Alex Da Paixao Alves, 8-Yannick Yankam, 10-Paul Mbong, 11-Kurt Zammit, 22-Cain Attard, 30-Enzo Daniel Cabrera (20-Federico Falcone 62), 42-Simon Zibo, 72-Alessandro Coppola, 92-Kevin Tulimieri (2-Osvaldo Iorio 46) Coach: Giovanni Tedesco
Referee: Stefan Pace
Ass. Referees: Alan Camilleri, Vasil Vasilev
Raba’ Uffiċjal: Emanuel Grech
Skorers: W. O. Serrano 92 (M)
Tkeċċew: J. Cruz Aguillar 45 (M), A. Coppola 51 (B)
Ammoniti: E. D. Cabrera, G. Nava, C. Attard, Y. Yankam (B), J. Cruz Aguillar (2), L. Aguirre, P. Xuereb (M)
Player tal-Logħba: Leandro Aguirre (M)