Friday, August 15, 2025

Marsaxlokk jirbħu l-Kompetizzjoni BOV Water Polo Knockout tal-Ewwel Diviżjoni 

Aqra wkoll

Marsaxlokk ħarġu rebbieħa fil-Kompetizzjoni BOV Knockout tal-Ewwel Diviżjoni tal-Water Polo tal-2025, wara li għelbu lil Ta’ Xbiex bi skor finali ta’ 19-14.

L-ewwel zewg sezzjonijiet kienu ferm bilancjati biz-zewg timijiet izommu il-partita akkanita u bilancjata pero Marsaxlokk urew is-superjorita taghhom fiz-zewg sezzjonijiet finali.  Marsaxlokk rebħu dan it-trofew diversi drabi, bl-aħħar rebħa tagħhom tkun fl-2023.

Iċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni tat-trofew saret immedjatament wara t-tisfira finali fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq. Ernest Agius, Kap Eżekuttiv tal-Operazzjonijiet tal-Bank of Valletta, flimkien mal-President tal-Assoċjazzjoni tal-Isport Akkwatiku ta’ Malta, Karl Izzo, ppreżentaw it-tazza prestiġjuża lill-Captain ta’ Marsaxlokk Ryan Galea fost il-ferħ mill-partitarji u sħabhom fit-tim. Il-mument kien ċelebrazzjoni tax-xogħol iebes u d-dedikazzjoni tal-klabb, bil-plejers u jerfgħu t-trofew bi kburija quddiem folla entużjasta.

Bank of Valletta ilu sponsor kburi tal-Assoċjazzjoni tal-Isport Akkwatiku ta’ Malta mill-2008, u dan l-istaġun jimmarka t-23 sena konsekuttiva ta’ appoġġ – li jaħbat ukoll mal-100 anniversarju tal-ASA. Din l-appoġġ jikkonferma mill-ġdid l-impenn ta’ Bank of Valletta biex jappoġġja l-isport f’Malta. Il-Knockout BOV tal-Water Polo hija kompetizzjoni ewlenija fil-kalendarju nazzjonali tal-isport Malti, xhieda ta’ talent u passjoni li jeżistu għali-isport madwar il-gżira.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport