F’botta u risposta maħruġa mill-MFA iktar qabel, Marsaxlokk FC ħarġu stqarrija oħra permezz tal-president Frank Cachia li taqra hekk:
“Nagħmel referenza għal stqarrija maħruġa mill-MFA.
Sa dan il-mument l-MFA biss taf bih dan il-mandat, għax il-klabb ta’ Marsaxlokk FC għadu mhux notifikat mill-Qorti u lanqas infurmat mil MFA. Qed ngħid li huwa mandat għax qed tikkonferma hekk l-istqarrija tal-MFA.
Mill-istqarrija tal-MFA joħroġ biċ-ċar li, l-istess MFA qed tikonferma dak li għidt jien ilbieraħ fuq il-mezzi tax-xandir, li dak li ħareġ mill-Qorti fit-2 ta’ Diċembru, 2024, l-MFA kienet infurmata dwaru.
Dan ifisser li l-MFA dan qatt ma kien ikkomunikatu lilna bħala membri tagħha. Huwa żgur stat ta’ fatt li l-MFA kienet fl-obbligu li tinforma lil wieħed mill-membri tagħhha dak li rċeviet b’mod immedjat kif dejjem ġara fil-passat. Sal-bierah stess lanqas id-dipartiment tal-finanzi tal-MFA stess ma kien jaf.
Nirreferi għal dak li qed tgħid l-istqarrija li jien kont mgħarraf fil-31 ta’ Jannar. Tajjeb li jingħad li lili fil 31 ta’ Jannar, qatt ma kien ikkomumikat dak li kienet ilha taf l-MFA fil- komunikazzjoni informani li ħa jiċċekkja u jgħidli. Dan iffsser li lanqas komunikazzjoni interna ġol-MFA ma teżisti.
Żgur li kieku l-uffiċjali għolja tal-MFA kienu jafu b’dan il-mandat, bħalma ġara fil-passat, kemm il-klabb kif ukoll l-istess uffiċjali tal-MFA kienu żgur jitkellmu biex tinstab soluzzjoni bħalma dejjem instabet soluzzjoni għad-dejn li kien hemm fil-passat qabel ma jiena ħadt il- kariga ta’ president ta’ Marsaxlokk FC.”