Thursday, December 26, 2024

Marsaxlokk jonqsu milli jikkwalifikaw mal-ewwel sitta

Aqra wkoll

Marsaxlokk ……1

Hibernians …….1

Minn Cristian Muscat

Marsaxlokk temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Hibernians biex b’hekk ma rnexxielhomx jikkwalifikaw mat-Top Six.

Fil-veritá, kienet missjoni impossibbli għalihom li jagħmlu dan minħabba li l-permutazzjonijiet, li kienu jinkludu lil Gzira United u lil Hamrun Spartans, ma kienux favur tagħhom wara l-bidu negattiv tal-istaġun.

Kienu l-Pawlisti li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss żewġ minuti Jurgen Degab­riele għadda lejn Giannis Bastianos li mill-viċin falla l-mira.

Minuta biss wara, Dexter Xuereb xeħet lejn Federi­co Falcone li d-daqqa ta’ ras tiegħu ġiet salvata mill-goalkeeper Xlukkajr, Marko Drobnjak.

Fit-12-il minuta, Hiber­nians tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta d-daqqa ta’ ras ta’ Federico Falcone ġiet imċaħħda mil-lasta.

Madankollu, fis-27 minuta, Marsaxlokk fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Aguirre, ALEX DE AGUILAR GOMES tefa’ ġewwa.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hibernians ħarġu ferm aggressivi u fid-49 minuta xutt b’saħħtu ta’ Bastianos ġie salvat b’diffikultà minn Drob­njak, bil-ballun jigi ikklerjat mid-difiża ta’ Marsaxlokk.

Fil-54 minuta Jurgen Degabriele indirizza through pass lejn Ayrton Attard li minn qagħda angolata xeħet barra.

Il-Pawlsiti komplew jippressaw u, tliet minuti wara, Kurt Shaw sab lill-goalkeeper Drobnjak attent.

Marsaxlokk wieġbu fit-68 minuta meta xutt tas-sostitut Holzhauser intemm barra.

Fit-73 minuta, il-Pawlisti resqu viċin meta d-daqqa ta’ ras ta’ Falcone għaddiet tħakkek mal-wieqfa

Fit-80 minuta, Hibernians kisbu l-goal tad-draw meta kien proprju FEDERICO FALCONE li wara li rċieva mill-cross ta’ Bruno, kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tintemm wara Drobnjak.

MARSAXLOKK: 95-Marko Drobnjak, 4-Karl Micallef, 6-Nikolai Muscat, 10-Yuri De Jesus Messias (17-Jacob Walker 89), 19-Jose Ulises Arias (11-Duane Bonnici 89), 21-Jai Quitongo (26-Raphael Holzhauser 64), 22-Lucas Emanuel Lopez, 23-Alex De Aguilar Gomes (9-Patrick Nonato 80), 24-Enmy Manuel Pena Beltre, 27-Leandro Aguirre, 30-Ryan Scicluna – Coach: Vincenzo Potenza

HIBERNIAns: 30-Hugo Sacco, 4-Alfred Silas (2-Kleiton 89), 5-Kurt Shaw, 7-Ayrton Attard (9-Felicio Carvalho 68), 8-Rodrigo Fraga, 10-Jurgen Degabriele (11-Bjorn Kristensen 68), 14-Dexter Xuereb (17-Isaiah Chukunyere 80), 20-Federico Falcone, 29-Giannis Bastianos (21-Alex Bruno De Souza Silva 68), 44-Henrique Nunes Silva, 99-Gabriel Higor Alves   – Coach: Branko Nisevic

REFEREE: Malcolm Spiteri

ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Max-Lee Muscat

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORERS: A. De Aguilar Gomes 28 (M), F. Falcone 80 (H)

AMMONITI: J. Quitongo (M), P. H. Nunes Silva, B. Kristensen (H)

Ekonomija

Sport