Il-plejer ta’ Real Madrid Endrick, ħa deċiżjoni dwar trasferiment possibbli lejn Marseille, fejn jista’ jingħaqad ma’ Mason Greenwood fi Franza fl-ewwel ġimgħat ta’ Jannar.
Endrick ilu jipprova jsib opportunitajiet ta’ logħob f’Estadio Santiago Bernabeu sa mid-debutt tiegħu fl-2024 iżda ftit ingħata ċ-ċans la mal-kowċ Carlo Ancelotti u wisq anqas taħt Xabi Alonso. Kien għalhekk li Olympique Marseille jinsabu interessati ħafna li jakkwistah meta s-suq jerġa’ jiftaħ. Il-kowċ Roberto De Zerbi qed ifittex b’urġenza għażla offensiva ġdida hekk kif Aubameyang u Gouiri se jmorru mat-tim nazzjonali tagħhom għat-tazza Afrikana.