Raġel ta’ 46 sena mill-Marsa ammetta li wettaq tliet serqiet u li ipprova oħra mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Joseph Buttigieg kien mixli quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima li minn ħanut tal-ġojellerija seraq madwar €6,000 f’oġġetti kif ukoll li minn żewġ ħwienet oħra seraq diversi oġġetti fosthom Ipad u tablet kif ukoll li seraq mill-pompa tal-petrol li hemm fl-ajruport u li reġa’ ipprova jisraqha.
Buttigieg inqabad mis-CCTV cameras jwettaq dawn ir-reati bejn it-30 ta’ Ottubru u t-3 ta’ Novembru bil-pulizija jarresatawh f’daru l-Ħamis filgħaxija.
Il-Maġistrat Grima se tagħti s-sentenza fit-12 ta’ Novembru bl-akkużat qed jiffaċċja piena ta’ ħabs anke peress li ammetta li kiser sentenza sospiża.
Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Saviour Baldacchino u Karl Roberts waqt li Buttigieg kellu tidher għalih lill-Avukat Martha Mifsud.