Monday, December 9, 2024

Mart Clayton Bartolo rrifondiet il-flus marbuta mal-impjieg ta’ konsulenza

Aqra wkoll

Amanda Muscat, mart l-eks Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo rrifondiet lura l-ammont imsemmi mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika.

Dan ġie kkonfermat miċ-Chairperson tal-Kumitat għall-Istandards, l-Ispeaker Anġlu Farrugia hekk kif dalgħodu sar is-smigħ tal-kumitat li anke matulu ttieħed vot fuq talbiet imressqin mill-Membri tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni fil-konfront tal-eks Ministru Clayton Bartolo u l-Ministru Clint Camilleri.

Saret talba biex il-Ministru Camileri jiġi mċanfar mill-Kumitat, fejn għal din it-talba l-membri tal-Gvern ivvotaw favur, iżda l-Oppożizzjoni vvotat kontra hekk kif qalu li kienu qegħdin jistennew ferm aktar minn hekk.

Biex għaddiet din it-talba kellu jivvota l-Ispeaker li vvota man-naħa tal-Gvern. L-Ispeaker Farrugia qal li qiegħed jagħti dan il-vot anke wara li osserva d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju għall-Istandardsu s-Segretarju Permanenti dwar l-ammont ta’ rifużjoni, fejn qal li se jistrieħ fuqu, u nnota li r-rifużjoni saret.

Talbiet oħrajn li saru kienu fil-konfront tal-Ministru Camilleri kienu li jagħti rifużjoni u jagħmel apoloġija fil-Parlament, liema talbiet ma ġewx approvati.

Min-naħa l-oħra, saret talba biex l-eks Ministru Bartolo jagħmel apoloġija fil-Parlament, liema talba ġiet approvata b’mod unanimu.

Il-membru tal-Kumitat, il-Ministru tal-Ġustizzja qal li n-naħa tal-Gvern qiegħda tipproponi li jkun hemm ċanfira mill-Kumitat li din ukoll għaddiet b’mod unanimu.

Min-naħa tal-Oppożizzjoni saret talba biex l-eks Ministru tat-Turiżmu jiġi sospiż għal 30 ġurnata mill-Parlament, liema talba ma ġietx approvata.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport