Saturday, April 26, 2025

Mart u iben plejer maħtufa fl-Ekwador

Aqra wkoll

Episodju ġdid ta’ vjolenza fil-futbol Ekwadorjan hekk kif Jackson Rodriguez, difensur xellugi ta’ 26 sena ta’ Emelec spiċċa jara lil martu u ibnu ta’ ħames snin maħtufa minn kriminali fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa li għaddew..

Fir-rapport tiegħu, Edison Rodriguez qal lill-pulizija li l-kriminali kienu jafu eżattament lil min kienu qed ifittxu.

Għall-bidu il-ħallelin armati kissru l-bieb tad-dar tal-plejer b’martell enormi bil-mara li rrimarkat li Jackson Rodriguez ma kienx hemm. Iżda fil-verità l-plejer kien moħbi taħt is-sodda bil-biżgħa jara x-xena tiżvolġi quddiem. Hu malajr mar javża lill-pulizija, li mill-ewwel marru fix-xena.

Din mhix l-ewwel darba li plejer tal-futbol kien fil-mira fl-Ekwador. F’Diċembru li għadda, Pedro Pablo Perlaza inħataf u nħeles wara tlett ijiem maħtuf. F’dawn l-aħħar snin, il-pajjiż mill-Amerika t’Isfel kien qed jesperjenza kriżi serja ta’ sigurtà minħabba l-atti kontinwi ta’ vjolenza mwettqa minn gruppi kriminali marbuta bħal każijiet ta’ estorsjoni, ħtif u qtil li qed ikomplu jiġu rrappurtati kuljum fil-pajjiż.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport