Sunday, December 29, 2024

Marten De Roon segwit minn Milan

Aqra wkoll

Milan qed jaħsbu sabiex isaħħu nofs il-grawnd u jlestu pjan B ladarba l-plejer tagħhom Rade Krunic jitlaqhom biex imur ma’ Fenerbache.

L-idea tat-tim min-naħa ta’ fuq tal-Italja hu Marten De Roon, plejer Olandiż ta’ 32 sena li jilgħab ma’ Atalanta. Hu għandu 32 sena b’esperjenza notevoli fil-futbol Taljan, xi ħaġa li l-kowċ Stefano Pioli jixtieq sabiex ikollu plejer lest fil-veru sens tal-kelma. 

Atalanta qed jagħrblu x’għandu jsir għalkemm jafu li r-relazzjoni mar-Rossoneri hi waħda kordjali aktar u aktar wara l-akkwist li ħadu ta’ Charles de Ketelaere.

Ekonomija

Sport