Raġel Malti fl-aħħar sigħat kiteb fuq il-paġna ta’ Flimkien Missirijiet Inqumu fejn għamel diversi allegazzjonijiet fosthom li hekk kif martu ndunat li beda jbati minn dipressjoni minflok ma tagħtu l-għajnuna marret għand avukat u bdiet separazzjoni.
Ir-raġel jgħid li kien ilu f’relazzjoni mal-mara għal dawn l-aħħar 14-il sena. Jgħid li ftit tas-snin ilu s-sieħba tiegħu biddlet ix-xogħol u minn dakinhar ‘l hawn l-attitudni tagħha kienet inbiddel drastikament.
Allega li l-komunikazzjoni bejnithom naqset ħafna, anzi ġiet fix-xejn, u jgħid li dejjem tieħdu b’herra.
“Indunajt li bħal qisu xebgħat minni. Staqsejta kemm-il darba jekk għandix lil xi ħadd ieħor… Imma dejjem ċaħdet,” jikteb ir-raġel.
Hu jkompli jikteb li spiċċa f’sitwazzjoni li d-dar ma setax jitkellem għax jekk jagħmel dan tgħidlu biex ma jindaħax. “Tant kemm hu hekk li lanqas lit-tfal ma nista’ nikkoreġi, għax kull darba tgħidli tindaħalx.
Ikompli jallega li waħda mit-tfal spiċċat bil-vizzju li tilgħab fuq il-komputer u li anke ħaduha għand tabib tal-għajnejn.
“Darba għetilha hu break żgħir minħabba għajnejk… iżda minnfih qabżet il-mara quddiem it-tfal u qatli tindaħalx dak narah jien,” jgħid il-missier.
Ma setax jonqos li hekk kif inkiteb l-istorja kien hemm diversi persuni li bdew jikkummentaw. Uħud juru simpatija miegħu u oħrajn jistaqsu x’wassal għal din is-sitwazzjoni