Saturday, September 14, 2024

Martin Braithwaite jirrifjuta li jilgħab għal Espanyol

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Daniż Martin Braithwaite qed jirrifjuta li jilgħab ma’ Espanyol fl-istaġun li ġej. Dawn tal-aħħar ġew relegati għat-tieni diviżjoni tal-kampjonat Spanjol u dan il-plejer assolutament ma jridx jinżel fit-tieni kategorija tal-futbol Spanjol.

Ilbieraħ hu għamel waħda tinkiteb hekk kif telaq mill-kamp ta’ taħriġ li Espanyol qed jagħmlu f’Marbella wara li aktar qabel irrifjuta li jilgħab il-partita ta’ ħbiberija kontra Cadiz.

Braithwaite qed isostni li ma jridx jitlef postu mat-tim nazzjonali Daniż u għalhekk irid ifittex tim ieħor li jilgħab fl-ogħla diviżjoni.

Wieħed irid jara x’sanzjoni se jippreparaw Espanyol wara li Braithwaite ħallihom bla kliem u bla sliem.

Ekonomija

Sport