Martin Odegaard ċaħad diskussjonijiet li jista’ jsir il-captain li jmiss ta’ Arsenal.
Pierre-Emerick Aubameyang huwa l-captain attwali tal-Gunners, iżda ġie marbut ma’ tbegħid mill-Emirates Stadium.
Odegaard għandu biss 22 sena iżda diġà mexxa lit-team nazzjonali Norveġiż bħala captain, filwaqt li l-kwalitajiet ta’ tmexxija tiegħu ġew imfaħħra minn Mikel Arteta u Mohamed Elneny.
Meta mistoqsi dwar il-possibbiltà li jieħu l-faxxa ta’ captain ta’ Arsenal, Odegaard qal li: “Ikun unur kbir jekk tasal l-opportunità, imma bħalissa qed niffoka fuq il-preżent u li ntejjeb il-prestazzjonijiet tal-club.”
Il-midfielder iffirma ftehim permanenti mal-Gunners dan is-sajf wara li qatta’ t-tieni nofs tal-istaġun li għadda b’self mingħand Real Madrid.