Real Madrid qed jikkunsidraw li fis-sajf li ġej jiksbu s-servizzi tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Real Sociedad Martin Zubimendi. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u matul dawn il-ġimgħat kien qed jissemma’ li jista’ jingħaqad ma’ Liverpool għalkemm hu stess irrifjuta din l-offerta.
L-għan ta’ Los Blancos hu li Zubimendi jieħu post Luka Modric li mistenni jirtira fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.
Zubimendi minn dejjem lagħab ma’ Real Sociedad fejn magħhom deher 165 darba u skorja tmien gowls.