It-team tan-nisa ta’ Hibernians beda l-attività tat-trasferimenti qabel ir-ritorn tiegħu fil-Kampjonat tan-Nisa tal-MFA wara li ġab lura lil Martina Borg.
Borg, li hija player internazzjonali Maltija, se tirritorna ma’ Hibernians għat-tieni perjodu. Dan hekk kif hi kienet diġá mal-Palwisti qabel telqet għall-ewwel esperjenza Taljana tagħha f’Apulia Trani.
Matul il-ħames staġuni tagħha fl-Italja, Borg lagħbet ma’ Sassari Torres fis-Serie C filwaqt li qattgħet tliet staġuni fis-Serie B ma’ Apulia Trani, Fortitudo Mozzecane u Roma Calcio Femminile.
Borg lagħbet 91 partita u skorjat 15-il goal fl-esperjenza tagħha ta’ ħames snin fl-Italja.
Hibernians ħabbru wkoll li Borg se tkun responsabbli mit-team tan-nisa tal-U-17 u se tkun ukoll il-Psikologa tal-Isport tal-Akkademja tal-club.