Saturday, January 3, 2026

Mary Spiteri b’kunċert tal-Epifanija f’Għawdex

Aqra wkoll

Is-7 Edizzjoni tal-KUNĊERT TAL-EPIFANIJA se ssir nhar il-Ħadd 4 ta’ Jannar 2026, u tkun l-aħħar avveniment għal dan l-Istaġun Festiv u l-ewwel avveniment għas-sena l-ġdida 2026.

Din is-sena l-kunċert se jospita l-kor tat-tfal “FATHER’S ANGELS CHILDREN’S CHOIR” mill-Knisja Parrokkjali tas-Sacro Cuore f’Tas-Sliema. Il-Kor huwa grupp mużikali mmexxi mir-Rev. Fr. Joe Caruana OFM. Huma jdoqqu innijiet u mużika festiva, u jikkontribwixxu għal avvenimenti komunitarji bħal f’dan il kas iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied, u jferrħu lill-udjenzi lokali u lir-residenti.

L-avveniment ser jospita wkoll lill-Kantanta Ċelebri Maltija MARY SPITERI. Hija pparteċipat f’diversi festivals tal-mużika kemm nazzjonali kif ukoll internazzjonali. Hija magħrufa sew għal kanzunetta li ġiet fit-tielet post meta rrappreżentat lil Malta fil-konkors tal-Eurovision tal-1992 li sar f’Malmö, l-Iżvezja, bil-kanzunetta “LITTLE CHILD”.

Il-kunċert se jsir fil-Knisja ta’ Sant’Antnin ta’ Padova f’Għajnsielem, Għawdex, u jibda fis-7.00pm.

Il-Ministeru għal Għawdex ~ id-Direttorat tal-Wirt Kulturali flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem qed jappoġġjaw dan l-avveniment.

Il-pubbliku huwa mistieden jattendi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport