Monday, December 23, 2024

Marzia Calleja Maatouk fost l-aktar imfittxija fl-Ewropa

Aqra wkoll

Il-mara ta’ Jomic Calleja Maatouk spiċċat ukoll fil-lista tal-aktar persuni mfittxija fl-Ewropa.

F’Awwissu tal-2019, Marzia Marimar Calleja Maatouk kienet imwaqqfa mill-pulizija u nstabet fil-pussess tad-droga, li nstabet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tagħha.

Hija kienet imressqa l-Qorti f’Settembru tal-istess sena fejn kienet mixlija bil-pussess tad-droga, bl-intenzjoni li tittraffikaha.

F’Lulju 2023, Marzia Marimar Calleja Maatouk kienet ikkundannata 15-il xahar ħabs u mmultata €3,500 fi spejjeż tal-Qorti. Din is-sentenza kienet appellata.

Madankollu, Calleja Maatouk, li għandha 23 sena, jirriżulta li kienet ħarbet mill-pajjiż. Skont l-aħħar informazzjoni, Marzia Marimar hija akkumpanjata minn żewġha Jomic, li wkoll qed ikun imfittex fuq każ separat.

Ekonomija

Sport