Marzu bħala medja ta ‘ xita tinżel madwar 45mm. Temp li qiegħed jinħoloq ġol-Ilbiċ u nofsinhar ta’ Malta jagħmilha faċli biex f’ġurnata waħda, dan l-ammont ta ‘ xita jiġi milħuq. Dan għar-rraġuni li firxa wiesgħa ta pressjoni baxxa ser iġġib magħha temp instabbli għal diversi siegħat illum u fejn il-qofol mistenni jkun wara nofsinhar.
Dan kien il-messaġġ li wassal Gordon Grech permezz tas-sit Aġġornament tat-Temp, wieħed mill-aqwa bassara tat-temp fil-gżejjer Maltin. Grech spejga li jekk dan l ammont jinżel ħin twil biex tintmess din iċ-ċifra jerġa’ jkun ta ġid kbir. Ngħiduha kif inhi, dan huwa temp li minnu nistennew ix-xita.
Tenna li; “jidher ċar mill-istħarriġ u l-interpretazzjoni li qiegħed nieħu huwa li Temp ser jintensifika bejna u Sqallija u bhekk għalkemm mistenni temp imsaħħab u bix-xita”.