Saturday, December 21, 2024

Mas-16,00 persuna għamlu użu mill-helpline 1579 f’sentejn

Aqra wkoll

“Il-helpline 1579 huwa servizz mogħti minn professjonisti dedikati li fl-aħħar sentejn għenu kważi 16,000 persuna.” Qal dan il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela f’messaġġ li tella’ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għas-Saħħa Mentali.

Fil-messaġġ tiegħu, il-Ministru Abela reġa’ appella biex kull persuna li tbati minn problemi ta’ saħħa mentali, tista’ tkun ansjetà, solitudni, dwejjaq jew dipressjoni, sabiex tirrikorri għall-għajnuna.

Fil-jiem li għaddew, f’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Abela spjega li l-Gvern għaddej b’ħidma bi prijorità f’dak li jirrigwardja s-saħħa mentali. Semma l-ħtieġa li titqajjem aktar kuxjenza dwar is-saħħa mentali u dan irid isir billi titnaqqas l-istigma fuq dan is-suġġett għaliex din hija parti mis-saħħa fiżika ta’ kull wieħed u waħda minna.

“Irridu li kull min għandu bżonn għajnuna għas-saħħa mentali, jersaq ’il quddiem u jagħmel użu mill-helpline 1579 fejn hemm professjonisti 24/7 lesti li jgħinuk. Flimkien nistgħu nagħmlu differenza u negħlbu l-istigma dwar is-saħħa mentali,” tenna l-Ministru Abela.

Ekonomija

Sport