Manchester United għadhom itellgħu u jniżżlu x’se jagħmlu bl-attakkant internazzjonali Ingliż Mason Greenwood. Dan tal-aħħar ilu ma’ jilgħab minn Jannar li għadda meta dakinhar ġie akkużat li stupra mara. Madankollu dawn l-akkużi ġew irtirati fi Frar li għadda, iġifieri xahar wara, għalkemm il-plejer ta’ 21 sena għadu ma ħax ir-ruħ.
Greenwood, li lagħab 83 partita ma’ Manchester United, irid ċans ieħor għalkemm l-aġent tiegħu tah parir li jmur jilgħab x’imkien ieħor. Hu qed jaħdem sabiex isib tim lill-plejer żagħżugħ sabiex ikompli bil-karriera tiegħu.