Saturday, November 9, 2024

Mason Greenwood jinħeles mill-arrest

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Manches­ter United, Mason Greenwood, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie arrestat fuq suspett li stup­ra mara.

Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena ġie arrestat ukoll fuq suspett ta’ attakk nhar il-Ħadd wara allegazzjonijiet fuq il-midja soċjali.

Imbagħad reġa’ ġie arrestat fuq suspett ta’ attakk sesswali u li għamel theddid ta’ qtil nhar it-Tlieta.

Il-United qalu li l-player mhux se jirritorna għat-taħriġ jew għal-logħbiet qabel avviż ieħor.

Il-Pulizija ta’ Greater Manchester qalu li Greenwood ġie arrestat wara li l-korp “sar konxju ta’ immaġini u videos tal-midja soċjali online li tpoġġew minn mara li tirrapporta inċidenti ta’ vjolenza fiżika”.

Huma qalu li l-maġistrati kienu taw it-tieni esten­sjoni biex jinżamm arrestat sal-bieraħ l-Erbgħa, iżda issa kien inħeles mill-arrest sakemm isiru aktar investigazzjonijiet.

Id-ditta tal-ilbies sportiv Nike qabel qalet li ssospendiet ir-relazzjoni tagħha mal-player. “Aħna mħassba ħafna bl-allegazzjonijiet inkwetanti u se nkomplu nissorveljaw is-sitwazzjoni mill-qrib,” qal kelliem.

Greenwood, li ddebutta ma’ Manchester United f’Marzu, 2019, iffirma kuntratt ta’ erba’ snin fi Frar tas-sena l-oħra wara li tela’ mill-gradi tal-akkademja.

Fi stqarrija li għamel nhar it-Tlieta, il-club qal li “jtenni l-kundanna qawwija tiegħu ta’ vjolenza ta’ kull tip”.

Sport