Friday, December 27, 2024

Mason Greenwood jinżamm taħt arrest preventiv wara akkuża ta’ stupru

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Manchester United, Mason Greenwood, inżamm taħt arrest preventiv wara li nhar it-Tnejn deher quddiem il-qorti f’Manchester. Is-smiegħ li jmiss se jkun fil-21 ta’ Novembru li ġej.

Greenwood qed jiġi akkużat b’attentat ta’ stupru, imġiba ta’ kontroll u attakk fuq is-sieħba tiegħu.

Barra minn hekk l-Imħallef distrettwali sab li Greenwood kien kiser ukoll  il-kundizzjonijiet tal-pleġġ li kien ingħata mill-qorti.

Inizjalment huwa kien arrestat f’Jannar li għadda iżda kien akkużat biss fi tmiem il-ġimgħa li għadda ftit wara li reġa’ ġie arrestat għal dan il-ksur tal-kundizzjonijiet tal-pleġġ.

Sadanittant, Manchester United ikkonfermaw li sakemm jinqata’ l-każ, Greenwood se jibqa’ sospiż mill-club.

Greenwood ilu ma jilgħab ma’ Manchester United mir-rebħa tagħhom ta’ 1-0 kontra West Ham f’Jannar, jiem qabel l-ewwel arrest tiegħu.

Ekonomija

Sport