Teżisti possibbiltá kbira li, f’Jannar li ġej, Mason Greenwood jista’ jirritorna ma’ Manchester United, wara li ftit tal-jiem ilu ngħaqad ma’ Getafe.
Wara li l-player ta’ 21 sena ġie mġiegħel biex jitlaq lir-Red Devils wara li, f’Jannar 2022 ġie arrestat fuq akkuża ta’ vjolenza domestika u stupru, huma ntbagħat jilgħab fil-kampjonat Spanjol biex isalva l-karriera tiegħu.
Minkejja li l-akkuża twaqqgħet mill-vittmi, ma kienx hemm post għal Greenwood biex jibqa’ f’Old Trafford.
Il-fatt li huwa ntbagħat b’self, teżisti klawsola li l-club Spanjol jista’ jtemm il-kuntratt tiegħu f’Jannar li ġej u jintbagħat lura f’Old Trafford.
Is-salarju ta’ Greenwood huwa dak ta’ £75,000 fil-ġimgħa fejn il-United qed iħallsu l-parti l-kbira tal-paga tiegħu filwaqt li Getafe jħallsu kontribuzzjoni ta’ persentaġġ żgħir.