Thursday, October 30, 2025

Mason Greenwood lura fl-Ingilterra?

Aqra wkoll

Żewġ klabbs tal-Premier League Ingliż qed jikkunsidraw li jakkwistaw lill-attakkant internazzjonali Ingliż Mason Greenwood li bħalissa qed jispikka ma’ Olympique Marseille fil-Ligue 1 Franċiża. Greenwood telaq minn Old Trafford f’Settembru 2023 b’ħafna geddum, wara li akkużi kriminali serji ġew rtirati mill-Crown Prosecution Service.

Hu beda b’self ma’ Getafe qabel ma għamel il-mossa permanenti lejn il-klabb Franċiż is-sena li għaddiet. Issa żewġ klabbs Ingliżi li ma ssemmewx qed isegwu mill-qrib il-prestazzjonijiet tiegħu u qed jikkunsidraw jekk jistgħux iġibu lura lill-plejer lejn il-Premier League.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport