Manchester United għadhom qed jevalwaw jekk jintegrawx mill-ġdid lill-attakkant żagħżugħ Mason Greenwood li kellu sena 2023 mill-agħar wara l-akkużi ta’ vjolenza sesswali u aggressjoni fil-konfront tat-tfajla tiegħu.
Wara li Greenwood għadda dan il-perjodu hemm xi diriġenti li qed jaħsbu li għandhom jerġgħu jagħtuh ċans ieħor, iżda hawn sab l-oppożizzjoni ta’ xi ħaddiema u membri tal-istaff ieħor li qed jopponu din il-mossa tant li anke qed jheddu li jitilqu minn xogħolhom.
Greenwood għandu 21 sena, lagħab 83 partita u skorja 22 gowl.