Mason Mount jittama li d-diskussjonijiet dwar kuntratt ġdid ma’ Chelsea jibdew fil-futur qrib, bl-attakkant determinat li jibqa’ fil-club fuq bażi fit-tul.
Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena reġa’ kien player ewlieni għall-Blues matul l-istaġun 2021-22, fejn għamel 53 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u rreġistra 13-il goal u 16-il assist fil-proċess.
Madankollu, il-kuntratt ta’ Mount fi Stamford Bridge fadallu biss sentejn biex jiskadi, u huwa maħsub li hu wieħed mill-inqas players mħallsa fil-club minkejja l-importanza tiegħu għall-Blues.