Sunday, November 24, 2024

Massimo Ferrero jikkritika lil Dejan Stankovic

Aqra wkoll

Hekk kif Sampdoria għelbu lil TS Galaxy f’partita ta’ ħbiberija li saret fit-Turkija, l-eks president tal-klabb Massimo Ferrero ikkritika lill-kowċ attwali Dejan Stankovic u fisser kemm dan il-kamp ta’ taħriġ li qed isir fit-Turkija hu kollu ħela ta’ flus.

Sadanittant f’botta u risposta, Stankovic irrisponda billi qal li d-diriġenza tal-klabb approva dan it-tour li skontu se jservi ferm qabel it-tieni parti tal-istaġun.

Sampdoria jinsabu fil-post ta’ qabel tal-aħħar fil-klassifika u kisbu biss sitt punti minn 15-il logħba.

Sport