L-eks plejer ta’ Juventus Massimo Mauro kien qed jitkellem wara li jumejn ilu i Bianconeri rebħu 3-0 kontra Udinese fl-ewwel ġurnata tas-serie A.
Mauro, li lagħab ma’ Juventus bejn l-1985 u l-1989, qal li l-impatt kbir li ħallew iż-żewġ akkwisti Andrea Cambiaso u Timothy Weah għamlu d-differenza kollha fejn ħarbtu mhux ftit lid-difiża ta’ Udinese.
Skont Mauro, dawn iż-żewġ plejers jistgħu jilagħbu blalen interessanti lil Federico Chiesa li eventwalment kapaċi jiskorja.
Mauro qal li għadu jibda l-kampjonat iżda wieħed seta’ jara kemm jekk iżommu l-konsistenza, Juventus kapaċi jkunu r-rivelazzjoni tal-kampjonat.