Fir-rebħa tal-Arġentina ta’ 3-0 kontra l-Venezwela, f’Estadio Monumental kien hemm emozzjonijiet kbar. Lionel Messi u Nicolas Otamendi lagħbu l-aħħar logħob tagħhom fil-kwalifikazzjonijiet, filwaqt li Franco Mastantuono, talent ġdid mill-River Plate u Real Madrid, għamel l-ewwel dehra tiegħu.
Mastantuono talab skuża diversi drabi lil Messi għal xi pass ħażin li għamel, xhieda ta’ kemm kien eċitat tul il-ħin kemm dam fil-grawnd. Hu ddeskriva l-esperjenza bħala “ħolma ta’ ħajtu” li lagħab fl-istadium ta’ River Plate bil-flokk tal-Arġentina mal-idolu tiegħu.
Sadanittant Mastantuono qed joħlom li jilgħab fit-tazza tad-dinja li jmiss u miegħu jkollu lil Messi li probabbilment tkun l-aħħar edizzjoni tal-karriera tiegħu.